Where

Teatru Salesjan View Map

Ir-rumanz tant popolari u ta’ Trevor Żahra jieħu ħajja ġdida fuq il-palk, b’adattament teatrali ta’ Marta Vella. Mill-manuskritt li sab in-neputi ta’ Ġenoveffa, jirriżulta li din in-nanna xejn ma kienet mara mansweta u ta’ subagħha f’ħalqha.Il-kitbiet tan-Nanna Ġenoveffa, xi drabi imqarbin, drabi oħra profondi, jikxfu karattru mimli passjoni u enerġija, b’għatx għall-ħajja li tisfida ż-żmien.

Minimum Age

13+

Ticket sales finished!

Ticket sales for Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa have now finished!The last day of this event was on Sunday 3-May-2026. Ticket sales ended at Sunday 3-May-2026 23:00.

Description

Ir-rumanz tant popolari u ta’ Trevor Żahra jieħu ħajja ġdida fuq il-palk, b’adattament teatrali ta’ Marta Vella. Mill-manuskritt li sab in-neputi ta’ Ġenoveffa, jirriżulta li din in-nanna xejn ma kienet mara mansweta u ta’ subagħha f’ħalqha. Il-kitbiet tan-Nanna Ġenoveffa, xi drabi imqarbin, drabi oħra profondi, jikxfu karattru mimli passjoni u enerġija, b’għatx għall-ħajja li tisfida ż-żmien. Lanqas missierha, negozjant magħruf tad-drappijiet, ma seta’ jrażżanha; lanqas iz-zija Fawstina bil-qdusija kollha tagħha jew iz-zija Ġemma bil-pariri prattiċi tagħha. Zanzu biss kien jaf iħollha u jdewwibha. U mid-dehra, mhux biss Zanzu!


Produzzjoni ġdida, b’direzzjoni ta’ Toni Attard, mimlija umoriżmu, nostalġija u xewqat li se ddaħħlek fid-dinja sigrieta ta’ Nanna Ġenoveffa.

Jieħdu sehem Marta Vella, Josette Ciappara, Chrysander Agius, Christine Francalanza u Sean Borg. 


Post: Teatru Salesjan

Dati: Il-Ġimgħa, 24 ta’ April, 20:00

Is-Sibt, 25 ta’ April, 20:00

Il-Ħadd, 26 ta’ April, 19:00

L-Erbgħa, 29 ta’ April, 20:00 *Preżentazzjoni Gdida*

Il-Ħamis, 30 ta’ April, 20:00

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju, 16:00 *Preżentazzjoni Gdida*

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju, 20:00

Is-Sibt, 2 ta’ Mejju, 16:00

Il-Ħadd, 3 ta’ Mejju, 19:00

Il-produzzjoni ddum madwar sagħtejn b’interval inkluż.

Ko-produzzjoni bejn Udjenza u Marta Vella bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti