Where

St. Vincent De Paul Residence, Luqa, Malta View map

Din l-edizzjoni inawgurali ta’ Ġambori tgħaqqad flimkien bosta spettakli teatrali rikki, maħluqa b’atenzjoni mill-idejn kapaċi u l-karattri vivaċi tal-membri ta’ Każin 60+.

Show more

Ticket sales finished!

Ticket sales for ĠAMBORÌ unfortunately have now finished! The last day of this event was on Sunday 26-Nov-2023. Ticket sales ended at Sunday 26-Nov-2023 14:00.

Description

Din is-sena, bi kburija nippreżentawlkom Ġambori, mhux festival tas-soltu, imma ċelebrazzjoni ferrieħa ta’ emanċipazzjoni għal individi li għandhom mis-60 sena ‘l fuq. F’era li hi assoċjata ħafna mat-trankwillità u r-riflessjoni aħna rridu li Ġambori joħroġ bħala pjunjier b’saħħtu, li jerġa’ jimmaġina l-istadju tal-ħajja 60+ b’enfasi fuq il-kultura ta’ anzjanità attiva u parteċipazzjoni animata permezz talarti performattiva.

Din l-edizzjoni inawgurali ta’ Ġambori tgħaqqad flimkien bosta spettakli teatrali rikki, maħluqa b’atenzjoni mill-idejn kapaċi u l-karattri vivaċi tal-membri ta’ Każin 60+. Dan kollu qed isir flimkien ma’ mużajk vivaċi ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ żfin u diski, u bosta sessjonijiet interattivi, li kollha huma kkurati b’mod dettaljat bittema ta’ ħajja attiva, u magħmulin b’mod esklussic għall-komunità tant maħbuba tas-60+ tagħna. Bħalma qal George Bernard Shaw b’tant għerf: “Ma nieqfux nilagħbu għax nixjieħu; nixjieħu għax nieqfu nilagħbu.”; dan il-qawl jolqot ħafna mal-filosofija ta’ Ġambori.

Din l-inizjattiva, appoġġjata grazzi għall- Ministeru għall-Anzjanità Attiva, hija moviment li jressaq in-narrattivi ta’ tqanqil ta’ dan il-kapitlu talħajja taħt dawl ta’ rikonoxximent u ċelebrazzjoni.