Where
Mcast, Triq Kordin, Paola, Malta View map
Miktub mill-awtur u l-poeta Immanuel Mifsud b’kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon, Dik is-Siġra f’Nofs ta’ Triq hija spettaklu bil-mixi li jirrakkonta l-istorja ta’ triq partikulari fejn kulħadd jaf lil kulħadd, u kulħadd jaf kollox, jew mhux eżattament kollox, imma kważi.
Special Offer Alert
TLIETA T-TLIETA SPECIAL OFFER ALERT! Choose 4 tickets for our TUESDAY 20TH JUNE SHOW and pay for 3.
Ticket sales finished!
Ticket sales for DIK IS-SIĠRA F’NOFS TA’ TRIQ unfortunately have now finished! The last day of this event was on Sunday 02-Jul-2023. Ticket sales ended at Sunday 02-Jul-2023 21:00.
Description
Miktub mill-awtur u l-poeta Immanuel Mifsud b’kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon., Dik is-Siġra f’Nofs ta’ Triq hija spettaklu bil-mixi li jirrakkonta l-istorja ta’ triq partikulari fejn kulħadd jaf lil kulħadd, u kulħadd jaf kollox, jew mhux eżattament kollox, imma kważi. Il-pressjonijiet u l-wegħdiet foloz tal-progress qed joħolqu pressjoni fuq il-komunità u s-siġra maestuża fl-aħħar ta’ta’ din it-triq twila. Din hi s-siġra qadima li, skont ix-xniehat, ilha hemm ħafna qabel mit-triq. Is-siġra saret inkonvenjent? Hekk naħsbu. Jew hekk smajna.
Mifsud iħares lejn it-tensjoni bejn il-passat u l-preżent u jagħtina storja li hija kemm reali u metaforika, b’element qawwi ta’ realiżmu maġiku. Mimlija b’karattri fantastiċi u b’kast ta’ ‘l fuq minn 20 artist tal-ispettaklu, din il-produzzjoni se tkun mimlija emozzjonijiet, elementi viżwali maġiċi, akkrobatika, kanzunetti memorabbli u emozzjoni varata b’mod verament uniku.
TAXI TEATRU: ĦALLI L-KARROZZA TIEGĦEK ID-DAR! Ibbenefika minn 20% OFF ma' ecabs lejn u minn 'Dik is-Siġra f'Nofs ta' Triq' billi tuża l-promocode TAXITEATRU ****(b'**** ikunu l-4 ċifri li jirreferu għad-data u x-xahar tal-ispettaklu li se tattendi, pereżempju 'TAXITEATRU1606') fuq l-app ecabs tiegħek.
#TLIETATTLIETA OFFERTA SPEĊJALI! Agħżel 4 biljetti għall-ispettaklu tagħna tat-TLIETA 20 TA’ ĠUNJU u ħallas għal 3.
NOTA IMPORTANTI: Din il-produzzjoni timxi minn post għall-ieħor u b'hekk l-udjenza trid timmarċja wara l-attur u l-banda tal-imqarbin. Għaldaqstant, l-udjenza se tkun mitluba biex toqgħod bilwieqfa għal xi partijiet tal-ispettaklu u tpoġġi bilqiegħda waqt oħrajna. L-ispettaklu jdum siegħa u nofs.
B’90% tas-sett u l-kostumi rreċiklati, din il-produzzjoni hija waħda li hija konxja tal-ambjent. Dan ix-xogħol teatrali ser ikun l-ewwel darba fejn ser inkunu qed invaraw xogħol fuq il-kampus ta’ MCAST Paola, ħdejn l-uffiċini ġodda tagħna, u ser tiftaħ waqt il-Malta International Arts Festival.
Dan il-proġett qed iseħħ b’kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon. għall-Malta International Arts Festival u huwa megħjun minn MCAST u l-Kunsill Malti għall-Arti.
NOTA FUQ IL-POST: Membri tal-udjenza huma infurmati li għandhom jidħlu mill-grada ewlenija (Gate 9) / mid-daħla tal-garaxx tal-Kampus tal-MCAST Paola. Nies li ser jattendu għal dan l-ispettaklu, jistgħu jipparkjaw f'dan il-carpark b'xejn. Għad-direzzjonijiet, użaw din il-ħolqa: https://goo.gl/maps/9cwuKDoL8KSnj5kk6