Where

Various View map

Teatru Malta u Give or Take Productions qed jingħaqdu biex jippreżentaw Boċċi – il-Musical, koproduzzjoni oriġinali li se tittella’ għall-ewwel darba fl-ewwel lejla tal-Festival Internazzjonali tal-Arti. Il-musical huwa ċelebrazzjoni tar-reżiljenza, l-umoriżmu u l-ispirtu ta’ ħbiberija li nsibu f’Malta.

Show more

Refundable Booking Available

Select Refundable Booking at checkout to get a full refund in case you are unable to attend this event (sickness included). T&Cs apply.

Minimum Age

5+

Tickets

When

Jun 13, 14, 15, 21, 22, 28, 29 2025
Jul 5, 6, 12, 13, 19, 20 2025

Description

Teatru Malta u Give or Take Productions qed jingħaqdu' biex jippreżentaw Boċċi, il-Musical!


Klabb tal-boċċi jinsab fix-xifer u wasal biex jagħlaq. Tim eċċentriku ta' karattri ma jistgħux ikunu aktar differenti minn xulxin jingħaqdu flimkien biex jippruvaw isalvaw il-klabb. Osmar 'il-kanadiż', l-aħħar plejer tal-klabb, flimkien mas-sid tal-Klabb Jes, qatt ma kienu jobsru li kien se jkollohom mara fil-klabb tagħhom. L-omm żagħżugħa, Martha, ma tistax taċċetta li l-klabb se jingħalaq u trid tagħmel minn kollox biex il-klabb jibqa’ miftuħ iżda r-raġunijiet tagħha mhumiex daqshekk evidenti għal Jes u Osmar. Għalfejn Martha trid li l-klabb jibqa miftuħ? X'inhu dan l-interess fil-klabb tal-Boċċi?


Waqt li dawn jingħaqdu biex jeħduha kontra tim li huwa rival feroċi tagħhom, tqum battalja; qabel xejn għal rebħa, veru, imma wkoll għal tip ta’ ħajja li bil-mod il-mod qed tisparixxi.


Din il-produzzjoni se tittella’ f’diversi Klabbs tal- Boċċi:

Guy Boċċi Klabb Żurrieq - 13, 14 u 15 ta' Ġunju

Żejtun Boċċi Klabb - 21 u 22 ta' Ġunju

Lija Boċċi Clubhouse - 28 u 29 ta' Ġunju

Boċċi Klabb Santa Luċija - 5 u 6 ta' Lulju

Għaxaq Boċċi Klabb - 12 u 13 ta' Lulju

Żabbar Boċċi Klabb - 19 u 20 ta' Lulju


Dan il-proġett qed jittella’ f’koproduzzjoni ma’ Give or Take Productions, li min-naħa tagħhom huma megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti. Qed jittella’ wkoll permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Festival Internazzjonali tal-Arti, u huwa megħjun ukoll mill-Ambaxxata Franċiża f’Malta. Il-fond IF Incontournable tal-Institut Français ukoll kkontribwixxa parzjalment il-finanzjament tiegħu.