Where
Masquerade Blue Box theatre View map
Il-festival ta’ Trikki Trakki jerġa’ lura għad-disa’ edizzjoni tiegħu, u għal darb’oħra l-palk huwa taż-żgħażagħ. Żgħażagħ b’ideat kbar, vuċijiet kuraġġużi u mħabba għat-teatru bla qies.
Minimum Age
5+
Ticket sales finished!
Ticket sales for Trikki Trakki Festival 2026 unfortunately have now finished! The last day of this event was on Sunday 29-Mar-2026. Ticket sales ended at Sunday 29-Mar-2026 14:00.
Description
Din is-sena, b'tema ta' Kittieba Ewropej, il-festival jidħol f’dinja mimlija stejjer leġġendarji, kemm xejn drammatiċi, strambi, divertenti u xi kultant ftit ribellużi. Materjal perfett għal performers żgħażagħ li huma lesti li jesperimentaw, jesploraw u jieħdu gost jagħmlu t-teatru.
Il-programm ta’ din is-sena hu kollu dwar l-immaġinazzjoni minsuġ mal-maġijja tat-Teatru. Lestu ruħkom għal interpretazzjonijiet friski ta’ xogħolijiet klassiċi, ideat sorprendenti, moviment u mużika. L-esperjenza tat-Teatru qiegħed fil-qalba ta’ Trikki Trakki. L-istudenti għandhom l-opportunità li joħolqu flimkien u matul is-snin skoprejna kemm it-teatru jista’ jkun qawwi meta ż-żgħażagħ imexxu l-istorja. Trikki Trakki huwa kurjuż, kollaborattiv u mimli qalb, u ninsabu ħerqana biex naraw il-ġenerazzjoni li jmiss fuq il-palk tagħna.